WEBVTT

00:02.154 --> 00:08.287
Dan il-vidjo se jigwidak waqt il-ħames
passi meħtieġa għall-għoti ta' CRYSVITA.

00:09.090 --> 00:14.079
Jekk jogħġbok aqra l-Fuljett ta' Tagħrif għall-Pazjent u l-Istruzzjonijiet
għall-Użu bir-reqqa qabel ma tuża din il-mediċina.

00:15.000 --> 00:19.256
Għandek tinjetta lilek innifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek biss jekk
it-tabib tiegħek qallek biex tagħmel dan u jekk tkun ingħatajt it-taħriġ
meħtieġ mill-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek.

00:20.000 --> 00:24.500
It-tabib tiegħek se jippreskrivilek id-doża korretta u se jgħidlek kemm
għandek tagħti mediċina lilek innifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek.

00:24.977 --> 00:29.566
Inti jew it-tifel/tifla tiegħek tistgħu tingħataw
aktar minn kunjett wieħed biex tiksbu d-doża korretta.

00:30.276 --> 00:37.009
Jekk għandek bżonn aktar minn injezzjoni waħda, irrepeti l-passi 2-5
u uża provvisti ġodda u sit differenti fil-ġisem għal kull injezzjoni.

00:38.206 --> 00:42.727
Uża biss is-siringa u l-labar ipprovduti jew preskritti
mill-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek biex tagħti l-injezzjoni.

00:43.450 --> 00:50.689
Meta tagħti l-mediċina lil tifel/tifla żgħir(a),
jaf issibha ta’ għajnuna li jkollok persuna oħra ħdejk għall-appoġġ.

00:54.460 --> 00:57.315
PASS 1. IĠBOR U SPEZZJONA L-PROVVISTI

00:57.947 --> 01:00.633
Neħħi l-kunjetti tal-mediċina li għandek bżonn mill-friġġ.

01:01.291 --> 01:05.963
Iċċekkja l-qawwa fuq it-tikketta ta’ kull kunjett.

01:05.963 --> 01:10.516
Aċċerta ruħek li għandek in-numru korrett ta’ kunjetti biex jaqbel mad-
doża f’milligrammi kif avżat mill-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek.

01:11.814 --> 01:14.839
Ħalli l-kunjetti jisħnu għat-temperatura tal-kamra għal 30 minuta.

01:15.351 --> 01:23.398
Issaħħanx il-kunjetti bl-ebda mod ieħor, bħal bil-misħun
jew fil-microwave. Tpoġġix il-kunjetti f’dawl tax-xemx dirett.

01:24.269 --> 01:31.394
Imbagħad, iċċekkja d-data ta’ meta jiskadi fuq it-tikketta
tal-kunjett u spezzjona l-likwidu fil-kunjett, u tħawdux.

01:32.208 --> 01:39.239
Tużax il-kunjett jekk tkun għaddiet id-data ta’ skadenza tiegħu
jew jekk il-likwidu jkun imċajpar jew ikun fih xi frak.

01:40.076 --> 01:45.171
Il-likwidu għandu jkun minn ċar sa ftit opalexxenti,
bla kulur sa lewn isfar/kannella ċar.

01:46.042 --> 01:49.280
Poġġi l-affarijiet kollha li se jkollok bżonn fuq wiċċ ċatt u nadif:

01:49.812 --> 01:59.889
kunjett(i) tal-mediċina, siringa waħda bil-planġer, labra ta’ siringa
kbira waħda biex tiġbed il-mediċina, labra ta’ siringa żgħira waħda biex
tinjetta l-mediċina,

02:00.110 --> 02:07.967
wipes bl-alkoħol, kontenitur li fih jintremew affarijiet
bil-ponta u li jaqtgħu, stikk (jekk meħtieġa), u garża jew tajjara.

02:09.363 --> 02:14.049
Il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek
se jispjegalek l-użu tal-labar differenti.

02:14.777 --> 02:21.108
Il-labra l-kbira tintuża biex tiġbed CRYSVITA
mill-kunjett u l-labra ż-żgħira tintuża biex tinjetta CRYSVITA.

02:21.889 --> 02:25.460
Tneħħix l-għotjien mil-labar qabel ma tkun lest(a) biex tużahom.

02:26.222 --> 02:32.388
Tużax affarijiet li għandhom biċċiet
neqsin jew li b’xi mod għandhom il-ħsara.

02:33.614 --> 02:37.372
Aħsel idejk sew bis-sapun u l-ilma qabel ma tgħaddi għal Pass 2.

02:39.243 --> 02:43.485
PASS 2. IĠBED IL-MEDIĊINA U PPREPARA L-INJEZZJONI

02:43.849 --> 02:48.187
Se nuru pass 2, li jrid jerġa' jiġi rripetut għal kull injezzjoni.

02:48.772 --> 02:51.531
L-ewwel, neħħi l-għatu tas-siġillar mill-kunjett.

02:52.432 --> 02:56.240
Imbagħad, naddaf it-tapp tal-lastku b’wipe bl-alkoħol u ħallih jinxef.

02:56.448 --> 03:01.964
Tmissx it-tapp tal-lastku wara li tnaddfu.

03:03.194 --> 03:08.564
Agħżel il-labra l-kbira u neħħiha mill-pakkett sterili,
imma tneħħix l-għatu li jgħatti l-labra.

03:08.980 --> 03:16.898
Biex tqabbad il-labra mas-siringa, żomm il-labra l-kbira mill-għatu
protettiv f’id waħda u s-siringa mill-bettija fl-id l-oħra.

03:17.678 --> 03:19.829
Skont il-provvisti li ngħatajt,

03:19.947 --> 03:28.824
se jkollok timbotta l-labra ’l isfel u ddawwarha skont
l-arloġġ għal fuq is-siringa sakemm tkun issikkata, jew timbotta
l-labra ’l isfel sakemm teħel sew.

03:29.359 --> 03:34.312
Tmissx il-labra nnifisha jew it-tarf tas-siringa fejn teħel il-labra.

03:34.647 --> 03:43.100
Imbagħad, żomm is-siringa mill-bettija bil-labra tħares ’il
fuq u neħħi l-għatu tal-labra billi tiġbdu dritt ’il barra.
Tarmix l-għatu tal-labra.

03:44.001 --> 03:48.952
Tmissx il-labra u tħallix lil-labra tmiss
ma’ kwalunkwe wiċċ ladarba jkun tneħħa l-għatu.

03:48.952 --> 03:54.882
Tużax is-siringa jekk twaqqagħha wara
li tkun neħħejt l-għatu jew jekk il-labra tidher bil-ħsara.

03:55.714 --> 04:01.422
Il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek se jgħidlek
kemm trid tinjetta likwidu u liema marka għandek tuża.

04:01.630 --> 04:03.630
Dejjem uża l-marka li taqbel mad-doża tiegħek.

04:04.480 --> 04:09.670
Iġbed il-planġer tas-siringa sakemm it-tarf
tal-planġer jallinja mal-marka li taqbel mad-doża tiegħek.

04:10.073 --> 04:12.073
Dan jimla s-siringa bl-arja.

04:13.736 --> 04:19.860
Żomm il-kunjett fuq wiċċ ċatt. Bil-mod daħħal
is-siringa l-kbira minn ġot-tapp tal-lastku u għal ġol-kunjett.

04:20.328 --> 04:23.813
Tħallix il-ponta tal-labra tmiss mal-likwidu fil-kunjett.

04:23.935 --> 04:31.160
Jekk il-ponta tal-labra tmiss mal-likwidu,
iġbed il-labra bil-mod sakemm ma tibqax tmiss mal-likwidu.

04:32.060 --> 04:37.235
Bil-mod imbotta l-planġer fis-siringa.
Dan jimbotta l-arja mis-siringa għal ġol-kunjett.

04:37.997 --> 04:41.412
Żomm il-labra fil-kunjett u dawwar il-kunjett rasu ’l isfel.

04:41.759 --> 04:49.228
Kun ċert li l-ponta tal-labra tkun fil-qiegħ tal-likwidu.
Bil-mod iġbed il-planġer biex timla s-siringa

04:49.331 --> 04:53.090
sakemm it-tarf tal-planġer jallinja mal-marka li taqbel mad-doża tiegħek.

04:53.388 --> 04:58.420
Żomm il-ponta tal-labra fil-likwidu f’kull mument.

04:58.957 --> 05:02.247
Iċċekkja l-likwidu fis-siringa għal bżieżaq tal-arja.

05:02.380 --> 05:07.614
Jekk tara xi bżieżaq, żomm is-siringa
dritta filwaqt li tħalli l-labra fil-kunjett

05:07.614 --> 05:13.208
u bil-mod taptap fuq il-bettija b’subgħajk biex tmexxi l-bżieżaq tal-arja.

05:13.910 --> 05:20.944
Meta l-bżieżaq tal-arja jkunu fil-wiċċ,
bil-mod imbotta l-planġer biex timbotta l-bżieżaq tal-arja ’l barra.

05:21.302 --> 05:24.769
Erġa’ ċċekkja d-doża tiegħek mal-marki fuq is-siringa.

05:25.087 --> 05:30.000
Jekk ikun hemm bżonn, iġbed ftit iżjed
likwidu biex tallinja mal-marka li taqbel mad-doża tiegħek.

05:30.118 --> 05:34.689
Erġa’ ċċekkjaha għall-bżieżaq u rrepeti l-proċess jekk meħtieġ.

05:35.434 --> 05:40.560
Meta ma jkunx hemm bżieżaq fis-siringa,
iġbed is-siringa u l-labra dritt ’il barra mill-kunjett.

05:41.132 --> 05:43.954
Neħħi l-labra l-kbira mis-siringa.

05:44.387 --> 05:48.360
Biex tagħmel dan, aqbad l-għatu tal-labra l-kbira u poġġih fuq wiċċ ċatt.

05:48.941 --> 05:56.334
B’id waħda, żerżaq il-labra l-kbira fuq l-għatu u għolliha biex
tgħatti l-labra mingħajr ma tuża idek l-oħra ħalli tevita li tweġġa’.

05:57.079 --> 06:00.853
Imbagħad uża l-id l-oħra tiegħek biex tqabbad l-għatu u kklikkjah f’postu.

06:01.286 --> 06:08.146
Skont il-provvisti tiegħek, se jkollok iddawwar
il-labra l-kbira bl-għatu kontra l-arloġġ biex tneħħiha mis-siringa,

06:08.389 --> 06:14.087
jew tiġbed il-labra l-kbira bl-għatu dritt ’il barra
mis-siringa u tpoġġiha fil-kontenitur li fih jintremew affarijiet
bil-ponta u li jaqtgħu.

06:15.281 --> 06:21.037
Agħżel il-labra ż-żgħira u neħħiha mill-pakkett
sterili imma tneħħix l-għatu li jgħatti l-labra.

06:21.496 --> 06:29.132
Biex tqabbad il-labra mas-siringa, żomm il-labra ż-żgħira mill-għatu
protettiv f’id waħda u s-siringa mill-bettija fl-id l-oħra.

06:29.419 --> 06:36.994
Skont il-provvisti li ngħatajt, se jkollok timbotta l-labra ’l isfel
u ddawwarha skont l-arloġġ għal fuq is-siringa sakemm tkun issikkata,

06:36.994 --> 06:39.486
jew timbotta l-labra ’l isfel sakemm teħel sew.

06:39.757 --> 06:44.573
Tmissx il-labra nnifisha jew it-tarf tas-siringa fejn teħel il-labra.

06:47.155 --> 06:50.188
PASS 3. IPPREPARA S-SIT TAL-INJEZZJONI

06:50.577 --> 06:58.592
Issa se nuru pass 3, li jinvolvi l-preparazzjoni tas-sit
tal-injezzjoni. Trid tirrepeti dan il-pass għal kull injezzjoni.

06:59.338 --> 07:02.967
L-injezzjoni trid tingħata fis-saff tax-xaħam eżatt taħt il-ġilda.

07:03.249 --> 07:09.259
Jekk se tagħti l-injezzjoni lilek innifsek, il-postijiet xierqa huma:
il-parti tal-istonku, in-naħa ta’ fuq tal-koxox

07:09.779 --> 07:18.825
Jekk se tagħti l-injezzjoni lil xi ħadd ieħor, il-postijiet xierqa huma:
il-parti tal-istonku, in-naħa ta’ fuq tal-koxox, in-naħa ta’ barra
tan-naħa ta’ fuq tad-dirgħajn, il-warrani

07:19.361 --> 07:26.655
Tinjettax parti li hija misluħa, ħamra, imbenġla jew fejn il-ġilda
hija maqsuma, parti li għandha marki tat-tiġbid tal-ġilda (stretch marks)
jew ċikatriċi (inkluż ħruq)

07:27.000 --> 07:31.496
Tinjettax direttament f’għazza, jew f’parti madwar għazza.

07:31.888 --> 07:34.496
Jekk se tagħti aktar minn injezzjoni waħda,
uża sit differenti għal kull injezzjoni.

07:34.739 --> 07:42.914
Naddaf kull sit tal-injezzjoni b’wipe bl-alkoħol ġdida u ħalli l-ġilda
tinxef. Din il-mediċina għandha tiġi injettata f’ġilda xotta nadifa.

07:44.078 --> 07:46.598
PASS 4. INJETTA L-MEDIĊINA

07:47.175 --> 07:54.183
Issa se nuru pass 4, li jinvolvi l-proċedura tal-injezzjoni.
Ftakar li trid tirrepeti dan il-pass għal kull injezzjoni.

07:55.000 --> 07:58.803
Neħħi l-għatu tal-labra ż-żgħira billi tiġbdu dritt ’il barra.

07:59.844 --> 08:06.020
Oqros il-ġilda b’mod sod bejn sebgħek il-kbir u s-swaba’ l-oħra,
biex toħloq żona wiesgħa madwar 5 cm.

08:06.679 --> 08:15.736
Żomm is-siringa bejn sebgħek il-kbir u l-werrej
tal-id dominanti tiegħek. Il-labra għandha tiddaħħal fil-ġilda
f’angolu ta’ 45° jew f’angolu ta’ 90°.

08:16.168 --> 08:19.440
Il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek se jurik liema angolu għandek tuża.

08:20.000 --> 08:24.337
Uża moviment rapidu qisek qed twaddab
dart biex iddaħħal il-labra fil-ġilda maqrusa.

08:24.414 --> 08:30.545
Timbottax il-planġer waqt li tkun qed iddaħħal il-labra.

08:31.082 --> 08:34.441
Meta l-labra tkun imdaħħla, iċċaqlaqhiex.

08:34.700 --> 08:39.833
Ibqa’ oqros il-ġilda u bil-mod imbotta l-planġer fis-siringa,
għal sa 30 sekonda, sakemm is-siringa tkun vojta.

08:40.630 --> 08:47.669
Wara li tkun tajt id-doża sħiħa, neħħi l-injezzjoni
billi tiġbed is-siringa ’l barra bil-mod.

08:48.483 --> 08:54.925
Issa tista' titlaq il-ġilda maqrusa u agħfas is-sit tal-injezzjoni
b’tajjar jew garża għal ftit sekondi biex twaqqaf il-ħruġ tad-demm.

08:55.245 --> 09:00.163
Applika stikk jekk ikun hemm bżonn, iżda togħrokx is-sit tal-injezzjoni.
Biex tevita li tweġġa’, terġax tpoġġi l-għatu fuq il-labra ż-żgħira u poġġiha fil-kontenitur li fih jintremew affarijiet bil-ponta u li jaqtgħu.

09:00.301 --> 09:02.880
PASS 5. WARA KULL INJEZZJONI

09:03.614 --> 09:09.645
Poġġi l-labar u l-għotjien, is-siringi u l-kunjetti użati
fil-kontenitur li fih jintremew affarijiet bil-ponta u li jaqtgħu.

09:09.907 --> 09:17.964
Tarmix il-labar, is-siringi jew il-kunjetti mal-iskart domestiku
u żżommx il-kunjetti li jkun għad fihom il-mediċina li tifdal għall-użu
fil-futur jew tgħaddihom lil ħaddieħor.

09:18.726 --> 09:26.087
Jekk se tagħti aktar minn injezzjoni waħda, jekk jogħġbok ftakar
li trid tirrepeti l-passi 2-5 u uża provvisti ġodda għal kull injezzjoni.

09:27.161 --> 09:30.750
Grazzi talli rajt dan il-vidjo - nittamaw li sibtu ta' għajnuna.

09:30.883 --> 09:37.290
Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok irreferi għall-Fuljett ta' Tagħrif
għall-Pazjent u l-Istruzzjonijiet għall-Użu ta' CRYSVITA.
